Iweġġa’ gravi wara inċident f’Marsaskala

Raġel ta’ 23 sena minn Ħaż-Żabbar li kien passiġġier f’karozza qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fi Triq il-Bajja ta’ San Tumas, f’Marsaskala.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30am.
Iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li s-sewwieq ħareġ mingħajr ġrieħi. 
Ritratt: CMRU