Iweġġa’ gravi wara inċident bil-mutur

Raġel ta’ 40 sena qed isofri ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fil-Gżira.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5pm, fl-inħawi ta’ Manoel Island. L-inċident seħħ bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti San Ġwann, u mutur misjuq mir-raġel ta’ 40 sena, mill-Bulgarija u residenti l-Marsa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.