Iweġġa’ gravi wara ħabta bil-mutur fl-Imġarr

Malta Police Force

Raġel weġġa’ gravi wara li seħħet ħabta bejn mutur u karozza fl-Imġarr.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fl-10am fi Triq l-Imġarr. Il-ħabta seħħet bejn karozza li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 45 sena residenti l-Mosta u mutur li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 62 sena.

Ir-raġel li huwa Malti, ittieħed b’emerġenza l-Isptat Mater Dei, fejn ħareġ li sofra minn ġrieħi gravi.