Iweġġa’ gravi wara ħabta bil-mutur

Raġel weġġa’ gravi wara ħabta bil-mutur f’Ħal Kirkop. L-inċident seħħ fid-9.30am fi Triq l-Industrija.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 36 sena minn Ħal Kirkop u mutur misjuq minn raġel ta’ 77 sena minn Ħal Kirkop ukoll.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.