Iweġġa’ gravi waqt li qed jaħdem fuq trakk f’Ħaż-Żebbuġ

CMRU

Read in English.

Raġel weġġa’ gravi wara li ntlaqat waqt li qed jagħmel xi xogħol fuq trakk f’Ħaż-Żebbuġ.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.10am fi Triq l-Imdina.

Ir-raġel ta’ 52 sena mill-Ukrajina kien qed jagħmel xi xogħol fuq tyre ta’ trakk meta ntlaqat miċ-ċirku ta’ barra.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.