Iweġġa’ gravi waqt li kien qed jaqta’ siġra

Google

Read in English.

Raġel weġġa’ gravi waqt li kien qed jaqta’ siġra minn quddiem ir-residenza tiegħu. Il-Pulizija qalu fi stqarrija li r-raġel ta’ 61 sena, waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari hekk kif kien fuq scaffolding fil-ġardina quddiem ir-residenza tiegħu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq Wied is-Simar fil-Qala. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri min ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.