Iweġġa’ gravi waqt li kien qed jaħdem fin-Naxxar

Ian Noel Pace

Raġel jinsab f’qagħda gravi wara li waqgħet bieba ta’ trakk fuqu fin-Naxxar.

Ir-raġel li għandu 57 sena u joqgħod Ħ’Attard jidher li kien qed jagħmel xi xogħol fi Triq il-Kappella ta’ Santa Marija. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm.

Il-Pulizija ssejħu fuq il-post u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei fejn irriżulta li ġarrab ġrieħi gravi.