Iweġġa’ gravi waqt li kien qed jaħdem b’chaser fir-Rabat

mater_dei_112_ambulanza

Raġel weġġa’ gravi waqt li kien qed jagħmel xogħol b’chaser fir-Rabat.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-10.30am fi Triq Emmanuel Vitale.

Jidher li r-raġel Rumen weġġa’ jdejh waqt li kien qed jaħdem. Ittieħed l-isptar b’ambulanza.