Iweġġa’ gravi meta waqgħu xorok fuqu f’Ħal Lija

CMRU

Raġel ta’ 50 sena weġġa’ gravi meta waqgħu għadd ta’ xorok fuqu f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Lija.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident ġara għan-12.20pm fi Triq Enejja. Ir-raġel huwa resident San Ġwann u kien qed jaħdem fis-sit.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.