Iweġġa’ gravi f’inċident f’Wied il-Għajn

Żagħżugħ ta’ 25 sena miż-Żejtun ġarrab ġrieħi gravi meta tilef il-kontroll tal-karozza f’Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.20pm fi Triq Sant’Antnin.  Mal-ħabta, waqgħet parti mill-ħajt tal-impjant tar-riċiklaġġ u għal xi ħin it-triq li tagħti għal Ħaż-Żabbar kienet magħluqa. Il-karozza għandha ħsarat estensivi.
Is-sewwieq ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza biex jingħata l-kura meħtieġa.