Iweġġa’ gravi fi stamperija f’Ħal Luqa

conveyor, belt

Raġel weġġa’ gravi wara inċident b’conveyor belt ġewwa stamperija f’Ħal Luqa.

Fi stqarrijja, il-Pulizija spjegaw li għall-ħabta tat-8am, marru fuq il-post sabiex jinvestigaw. Huma skoprew li r-raġel ta’ 30 sena mill-Kosta tal-Ivorju, resident Bormla, sofra xi ġrieħi waqt li kien qed juża conveyor belt. L-istamperija tinsab fi Triq Valletta, Luqa.

Fuq il-post ssejħet ambulanza biex tieħu l-vittma l-Isptar Mater Dei. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.