Iweġġa’ gravi f’ħabta bejn mutur u karru

Serb ta’ 42 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur tiegħu f’Dawret il-Gżejjer, San Pawl il-Baħar.
Fl-inċident li seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa, r-raġel tilef il-kontroll u ħabat ma’  karru tad-dgħajjes  u ma’ vettura oħra li kienet ipparkjata.
Ir-raġel gie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija mid-distrett tal-Qawra qed tinvestiga.