Iweġġa’ gravi f’wiċċu waqt li kien qed juża chaser fil-Mosta

Raġel ta’ 72 sena mill-Mosta weġġa’ gravi waqt li kien qed juża chaser fil-Mosta stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar f’garaxx fi Triq Tumas Dingli.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.