Iweġġa’ gravi f’inċident f’Ħal Lija

Raġel ta’ 45 sena mill-Belt Valletta ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku ħdejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija.

L-inċident seħħ għal ħabta ta’ nofsinhar fi Triq in-Naxxar meta sewwieq ta’ mutur intlaqat minn karozza tal-għamla Toyota Yaris, li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni opposta.

Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 33 sena minn Ħal Lija.