Iweġġa’ gravi f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Raħal Ġdid

Raġel ta’ 51 sena mill-Għargħur sofra ġrieħi gravi f’dahru f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ ftit wara t-8 ta’ dalgħodu fi Triq Ninu Cremona bejn il-karozza misjuqa mir-raġel li kien ħiereġ minn Triq il-Bjar u karozza oħra li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni tal-Marsa minn raġel ta’ 36 sena mill-Fgura.
Kawża tal-ħabta, is-sewwieq ta’ 51 sena nqabad fil-karozza u kellu jinħeles minn membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qabel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Ir-raġel l-ieħor ma weġġax fl-inċident.