Iweġġa’ gravi f’ħabta bejn mutur u vann

Raġel ta' 40 sena mir-Rabat Għawdex ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku fix-Xewkija.
Newsbook.com.mt huwa infurmat li l-każ seħħ ilbieraħ ħdejn ir-roundabout Tal-Ħniena fi Triq l-Imġarr, meta seħħet ħabta bejn mutur u vann misjuq minn raġel ta' 52 sena mir-Rabat Għawdex ukoll.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex permezz ta' ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi fosthom ksur.