Iweġġa’ gravi f’argument

Raġel mill-Mellieħa weġġa' gravi f’argument li nqala’ ma' żewġt irġiel oħra.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2am fi Triq it-Turisti, f’San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija qed tifttex iż-żewġt irġiel li ħarbu min fuq il-post.
Ir-raġel ta' 28 sena ttieħed l-isptar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed issofri minn ġrieħi gravi.