Iweġġa’ gravi bil-mutur fil-Mellieħa

Arkivji

Raġel ta’ 36 sena miż-Żejtun tilef il-kontroll tal-mutur u weġġa’ gravi fi Triq Selmun, il-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30pm.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li r-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Jidher li l-mutur ma ħabatx ma’ karozzi oħra u għaldaqstant ma weġġa ħadd aktar. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.