Iweġġa’ gravi bil-mutur fil-Mellieħa

Ambulanza
Miguela Xuereb

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.

Kien ftit qabel it-8am meta l-Pulizija ntalbet tassisti fi Triq il-Fortizza, hekk kif seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel barrani li jgħix il-Mellieħa u karozza misjuqa minn mara ta’ 42 sena residenti l-Mellieħa wkoll.

Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-inċident.