Iweġġa’ gravi bil-mutur f’Bormla

Mutur karozzi accident msida marina
Arkivji

Raġel ta’ 57 sena weġġa’ gravi f’inċident li kellu bil-mutur f’Bormla. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.45pm fi Triq it-Tlett Ibliet.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li r-raġel li huwa minn Ħaż-Żabbar tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.