Iweġġa’ gravament f’inċident tat-traffiku f’Ta’ Xbiex

Raġel ta’ 43 sena residenti Santa Luċija sofra ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ qabel l-10.30am fi Triq il-Prinċipessa Margerita f’Ta’ Xbiex. Mill-investigazzjonijiet preliminari tal-pulizija rriżulta li vettura misjuqa mill-vittma ħabtet ma’ vettura oħra misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, Malta.

Fuq il-post, minbarra l-pulizija, ssejħet ambulanza li ħadet lill-ferut l-isptar għall-kura.

Il-pulizija qed tistħarreġ il-każ.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.