Iweġġa’ f’wiċċu waqt argument fl-Imsida

Raġel ta’ 60 sena mill-Ħamrun ilbieraħ filgħaxija ġarrab ġrieħi gravi f’wiċċu wara li kellu argument man-neputi.

L-argument beda għall-ħabta tat-tmienja fi Triq il-Wied fl-Imsida.

L-allegat vittma qal li kien miexi fl-imsemmija triq meta ġie aggredit min-neputih li għandu 38 sena u joqgħod in-Naxxar.