Raġel ta’ 47 sena weġġa’ gravi f’sit tal-kostruzzjoni f’Ħaż-Żabbar meta waqgħu xi bricks fuqu minħabba r-riħ.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.40 am fi Triq Sant’Antnin f’Ħaż-Żabbar. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel mill-Pakistan residenti tas-Sliema ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.