Iweġġa’ f’inċident fil-Blata l-Bajda

Raġel weġġa’ f’inċident li seħħ dalgħodu fil-Blata l-Bajda.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.30am fit-triq li mill-Marsa twassal lejn il-Belt.

Ambulanza waslet fuq il-post biex tat l-ewwel għajnuna lir-raġel.

Għal xi ħin kien hemm traffiku qawwi fit-triq tal-Marsa, minħabba li l-karozzi ġew devjati għal karreġġjata waħda.  

Aktar dettalji kif jaslulna mingħand il-pulizija.

 

Ritratt: mibgħut fuq info@newsbook.com.mt