Aġġornata: Iweġġa’ gravi f’fabbrika f’Ħal Qormi

Read in English.

Raġel ta’ 58 sena residenti Ħal Lija weġġa’ gravi f’fabbrika f’Ħal Qormi.

Il-fabbrika tinsab fi Triq l-Imdina. Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.15pm. Ir-raġel weġġa’ idu minħabba xi makkinarju.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet ir-raġel l-isptar.