Iweġġa’ f’inċident tat-traffiku f’Tal-Barrani

Żagħżugħ ta’ 24 sena minn Birżebbuġa ġarrab xi ġrieħi hekk kif seħħ inċident tat-traffiku f’Tal-Barrani.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-5.45 pm.

Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhix magħrufa.

Dawk li qed isuqu minn Raħal Ġdid fid-direzzjoni taż-Żejtun jistgħu jesperjenzaw dewmien hekk kif qed jinġemgħa t-traffiku minħabba li waħda mill-karreġġjati tinsab magħluqa.

Aktar dettalji kif jaslulna. Ibagħtilna r-ritratti fuq info@newsbook.com.mt