Iweġġa’ f’ħabta bejn vann u mutur

Żagħżugħ ta' 21 sena minn Ħal Kirkop ġarrab xi ġrieħi f'inċident bejn il-mutur li kien qed isuq u vann f'Ħal Far.
L-inċident seħħ għal ħabta tas-7.15 ta' filgħaxija qrib l-ispeed camera ta' Ħal Far, meta ż-żewġ vetturi kienu qed isuqu fid-direzzjoni tal-Gudja. 
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza. Huwa mifhum li ġarrab ġrieħi f'idejh u saqajh.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili u pulizija marru fuq il-post.
It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.