Iweġġa’ bil-mutur wara li daħlet karozza fih

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li karozza daħlet fih f’Birkirkara.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30pm fi Triq Notabile, Birkirkara.
Ir-raġel ta’ 45 sena residenti l-Pieta’ kien qed isur mutur Vespa filwaqt li l-karozza li daħlet fih kienet misjuqa minn tfajla ta’ 21 sena min-Naxxar.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei minn fejn irriżulta li l-ġrieħi kienu ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.