Iweġġa’ b’ħadida fuq il-vapur inkaljat fil-Qawra

Raġel weġġa’ ħafif wara li kien qed jaħdem fuq il-vapur Hephaestus li nkalja xi xhur ilu fil-Qawra.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ dalgħodu meta għal xi raġuni r-raġel intlaqat b’ħadida.

Il-vapur Hephaestus, tanker ta’ 60 metru rreġistrat it-Togo nkalja fil-Qawra waqt maltempata fl-10 ta’ Frar li għadda.