Iwaddbu żejt maħruq fi ġnien pubbliku f’Ħal Lija

Anthony Dalli

Ġnien rikreattiv f’Ħal Lija spiċċa fil-mira ta’ vandali fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

L-att vandalu jidher li sar bejn is-Sibt u l-Ħadd fil-ġnien pubbliku li jinsab fi Vjal Trasfigurazzjoni fejn il-vandali waddbu likwidu iswed li mill-ewwel stħarriġ jidher li kien żejt maħruq.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li dwar dan l-inċident infetħet investigazzjoni flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija u li għaddejja tfittxija għall-vandali li wettqu dan l-att.

Is-Sindku ta’ Ħal Lija Anthony Dalli f’post fuq Facebook qal li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija qed jaħdem biex jinstab min għamel ir-reat.

Gnien Rekreattiv Hal LijaIl-kunsill se jibqa jahdem biex insibu min ghamel dan l-att vandalu, u jkollu jnaddaf ghax inkella ma nitghallmu qatt.

Posted by Anthony Dalli on Sunday, August 30, 2020