Iwaddab kontenitur taż-żibel lill-Pulizija Russa; tliet snin u nofs ħabs

Women react as members of Russia's National Guard detain participants of a rally in support of Russian investigative journalist Ivan Golunov, who was detained by police, accused of drug offences and later freed from house arrest, in Moscow, Russia June 12, 2019. REUTERS/Maxim Shemetov

Attivist li pparteċipa fil-protesti f’Moska se jservi sentenza ta’ tliet snin u nofs ħabs talli waddab kontenitur taż-żibel lejn il-pulizija Russa.

Fir-Russja kien hemm numru ta’ dimostrazzjonijiet pubbliċi tul is-sajf, bħala appell għal elezzjonijiet ġusti u miftuħa. Dan wara li l-kummissjoni elettorali waqfet lill-opożizzjoni u kandidati independenti milli jieħdu sehem fl-elezzjoni tal-kunsilli tat-8 ta’ Settembru.

Dawn id-dimostrazzjonijiet pubbliċi ġew meqjusa illegali mill-awtoritajiet, u numru t’attivisti ġew arrestati. Diversi rapporti sostnew li l-Pulizija Russa qed tuża forza eċċessiva biex twaqqaf lid-dimostranti li niżlu fit-toroq għal dimostrazzjonijiet politiċi.

Aqra: Imsawta mill-Pulizija waqt protesti fir-Russja

Filmat ta’ tfajla Russa ta’ 26 sena, li kien qed idur fuq midja soċjali, juri lit-tfajla tissielet biex tipprova taħrab mid-daqqiet tal-Pulizija u tipprova twaqqa’ lil wieħed mill-uffiċjali li kien qed isawwatha. Dan irritalja billi beda jagħtiha daqqiet fl-istonku.