Iwaddab borża mal-art u jitlaq jiġri; jiġi arrestat

Raġel ta’ 43 sena mit-Togo, li joqgħod Birżebbuġa, qiegħed jinżamm arrestat wara li pprova jaħrab mill-Pulizija.

Skont stqarrija tal-Pulizija, il-Ġimgħa fid-8.45pm, il-Pulizija kienu qed jagħmlu ronda fl-akwati ta’ Triq is-Sajjieda, il-Marsa, fejn innutaw żewġ persuni jaġixxu b’mod suspettuż. Malli l-Pulizija avviċinawhom, wieħed mill-irġiel waddab fl-art borża tal-plastik u ħarbu
f’direzzjonijiet differenti.

Il-Pulizija ġabru l-borża u ġrew wara wara ż-żewġt irġiel. Wieħed minnhom ġie arrestat. Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-persuna arrestata allegatament kienet fil-pussess tal-borza tal-plastik u li fiha kien hemm 7 pakketti żgħar b’sustanza allegatament droga cannabis. Fil-pussess tiegħu nstab ukoll pakkett bi droga, suspettata kokaina.


Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat fil-lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija l-Floriana, waqt li għaddejja tfittxija għall-persuna l-oħra