Ivvutajt? Jekk le attent għal dawn!

Dawk li għadhom ma vvutawx u beħsiebhom imorru fil-ħin li ġej, għandhom joqogħdu attenti kif jiktbu n-numri kif ukoll kif jitwu l-polza tal-vot qabel jitfgħuha fil-kaxxa.  Dan b’mod partikolari minħabba li l-għadd tal-voti se jsir b’mod elettroniku, bl-użu ta’ scanners. Uffiċjal tal-Kummissjoni Elettorali spjega li dan bil-għan li jonqsu d-drabi li l-iscanner ma tkunx tista’ taqra l-vot.

Kif għandhom jinkitbu n-numri?

Aktar kmieni din il-ġimgħa spjega li n-numri, l-uffiċjal spjega minbarra li għandhom jinkitbu ċari u mingħajr tidwir żejjed, m’għandhomx imissu mal-kaxxa fejn jinkiteb in-numru, jiġifieri fil-kaxxi ħdejn l-ismijiet tal-kandidati.

It-tiwi tal-polza tal-vot

Barra minn hekk, appella biex il-polza tal-vot tal-elezzjonijiet Ewropej m’għandhiex tintewa aktar minn darbtejn.

Kien il-Kap Kummissarju Elettorali Joseph Church li ssuġġerixxa sistema elettronika, wara l-elezzjoni tal-MEPs fl-2014.

AQRA kif se jaħdem il-proċess elettroniku

SEGWI LIVE: L-elezzjoni għall-Parlament Ewropew u Kunsilli Lokali 2019