Ivvota lil Hollie Cassar, finalista fil-LUKAS Awards

Il-Maltija Hollie Cassar, rebbieħa tal-edizzjoni tal-2005 tal-kompetizzjoni televiżiva L-Isfida, hija fost il-finalisti fil-kategorija Outstanding Female Dance Performer fil-LUKAS Awards (Latin UK Awards). Dan huwa unur li jiċċelebra l-mużika Latina u ż-żfin madwar l-Ewropa.

Hollie Cassar ilha bosta snin tgħix fir-Renju Unit u bħalissa qed tagħmel ukoll parti mill-kast ta’ artisti fil-musical ta’ Gloria Estefan On Your Feet! Li qed jittourja r-Renju Unit.

Cassar hija l-unika artista Maltija li qegħda finalista għal dawn l-unuri.

Il-votazzjoni hija miftuħa sat-Tlieta 15 ta’ Ottubru.

Faċli li wieħed jagħti l-appoġġ tiegħu lil Hollie billi jidħol fis-sit thelukas.co.uk, jirreġistra u jivvota taħt il-kategorija taż-żfin.