Ivvintaw li ibnu ta’ sentejn miet bil-coronavirus

Ir-rapper Taljan Fedez jinsab urtat ferm… u bir-raġun. Jidher li xi ħadd bi profil falż taparsi hu tella’ aħbar li ibnu Leone, li għandu sentejn, miet bil-coronavirus.

Fedez, li hu miżżewweġ lil Chiara Ferragni, mill-ewwel ħareġ javża li dik l-aħbar ma kienitx minna filwaqt li saħaq li jinsab bla kliem għal dan il-ġest li sar fuq it-tifel tiegħu. Fil-fatt min għamel dan il-profil bl-aħbar, daħal fuq il-profil propju ta’ Fedez, niżżel ir-ritatti ta’ ibnu, u wżahom għall-iskopijiet tiegħu biex ixerred l-aħbar falza.

Ritratt: Facebook/Fedez

Hija tassew ħasra li jsiru atti bħal dawn, speċjalment fejn jidħlu tfal innoċenti.

Hija wkoll lezzjoni biex wieħed joqgħod attent meta jtella’ r-ritratti ta’ wliedu fuq is-siti soċjali.