Ivvandalizzata dar tas-Seklu 18 fl-Imqabba

Credit: Julia Farrugia Portelli

Dar tas-Seklu 18 fl-Imqabba kienet ivvandalizzata wara li xi persuna jew persuni tefgħu likwidu iswed mal-faċċata. Dwar il-każ il-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li sar rapport dalgħodu fis-6.30.

F’kitba fuq Facebook, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli qalet li din hi l-binja li spiċċat fil-mira tal-vandali tmur lura għall-1726 u kienet mibnija minn Fra Orfeo de Vincenzo, Prijur fl-Ordni ta’ San Ġwann.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.