Ivvandalizzat l-uffiċċju ta’ Silvio Schembri

Ġie vvandalizzat l-uffiċċju politiku tal-Ministru Silvio Schembri f’Ħal Qormi.

Fuq Facebook il-Ministru Laburista qal li waqt li kien qed jiekol mal-familja f’Jum l-Omm infurmawh li xi ħadd ivvandalizzalu l-uffiċċju f’Ħal Qormi.

“Issa ilni fil-politika 18-il sena, attakki kelli minn kull tip. Żgur li dawn l-attakki ma jaffetwawni xejn fil-ħidma tiegħi u se nkompli naħdem f’Ħal Qormi sabiex ngħin lin-nies,” qal Schembri.

Fil-faċċata tal-uffiċju hemm ritratt ta’ Schembri. Wiċċu ġie mgħotti b’żebgħa sewda minn persuna jew persuni mhux magħrufa.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Il-bieraħ f’Jum l-Omm, waqt li kont qiegħed niekol mal-familja ġejt infurmat li xi ħadd għamel att vandalu fuq…

Posted by Silvio Schembri on Sunday, May 10, 2020