Ivvandalizzat il-bieb tad-dar tal-Ministru Michael Farrugia

Ġie vvandalizzat il-bieb tar-residenza tal-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia f’Ħal Balzan.
Michael Farrugia tella’ ritratt fuq il-profil tiegħu tal-Facebook li juri xi żebgħa mal-bieb tiegħu.
Huwa sejjaħ dan l-att bħala wieħed kodard.
Kelliema għall-Pulizija qalu ma’ Newsbook.com.mt li l-Pulizija qed tinvestiga dan l-att vandalu.