IVF b’xejn għal 43 koppja f’relazzjoni ġdida

Kienu 43 koppji li rrappurtaw li kellhom Infertilità Sekondarja u kienu eleġibbli għat-trattament tal-IVF b’xejn mill-2013 sal-lum.
Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fisser li dawn il-koppji diġà kellhom wild minn relazzjonijiet preċedenti iżda ngħaqdu f’relazzjoni ġdida u ma jistax ikollhom aktar tfal.
Mill-banda l-oħra, il-Ministru qal li bil-liġi tal-2012 u l-protokol eżistenti, koppji li diġà għandhom wild mill-istess relazzjoni mhumiex intitolati għal proċeduri ta’ prokreazzjoni assistita b’xejn.