Ivan J. Bartolo se jċedi s-siġġu parlamentari lil Bernard Grech

Bernard Grech Ivan Bartolo

Read in English.

Id-deputat Nazzjonalista Ivan J. Bartolo se jirriżenja minn membru parlamentari biex iwitti t-triq ħalli l-kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Gech, jista’ jsir membru parlamentari u eventwalment Kap tal-Oppożizzjoni.

Bartolo kien ilu membru parlamentari seba’ xhur biss meta f’Marzu ta’ din is-sena ġie elett membru parlamentari f’elezzjoni kawżali biex jimtela’ s-siġġu vakati minn Marthese Portelli fuq dis-9 distrett.

Ftit sigħat biss wara l-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, d-deputat Nazzjonalista Ivan J. Bartolo ħabbar fuq il-meżżi soċjali, li t-Tnejn kien se jippreżenta l-ittra tar-riżenja lill-Ispeaker Anġlu Farrugia.

Minħabba f’hekk, Dr Grech jista’ jiġi co-opted direttament mingħajr bżonn ta’ elezzjoni każwali.

My seat in parliament was entrusted to me by the constituents of the 9th district. This is a privilege I would never…

Posted by Ivan Bartolo on Saturday, October 3, 2020
Ivan Bartolo jħabbar dan f’kumment twil fuq Facebook.

Bartolo qal li ra l-ħtieġa li Grech jkun jista’ jibda l-ħidma tiegħu b’mod immedjata u fehem li s-siġġu tiegħu ġie mogħti lilu bħala privileġġ mill-kostitwenti tad-9 distrett. Hu awgura li dan il-‘pass żgħir’ iwitti t-triq għal proċess ta’ tigdid fi ħdan il-PN kif ukoll bil-mod kif għandha ssir il-politika f’pajjiżna.