Ivan Grech qed jitolbok rigal f’għeluq sninu

Ritratt: Facebook/IvanGrech

Il-kantant Ivan Grech se jkun qed jiċċelebra għeluq sninu jumejn oħra u minħabba f’hekk qed jagħmel appell lill-pubbliku, biex jagħtih rigal.

Iva qed taqraw sew. Ivan Grech qed jitolbok rigal.

Iżda r-rigal li Ivan Grech, għalkemm huwa għa; għeluq sninu, mhuwiex għalih innifsu. Ir-rigal li huwa qiegħed jitlob huwa biex in-nies jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Puttinu Cares.

Grech hu magħruf sew biex b’mod regolari jgħin lil Puttinu u għaqiet oħra, u għaldaqstant l-appell tiegħu hu wieħed li ta’ min jisma’.

Dawk interessati jsitgħu jagħmlu d-donazzjoni tagħhom onlajn permezz tas-sit puttinucares.org jew inkella b’xi wieħed minn dawn il-metodi:

Nawguraw lil Ivan jum mill-aqwa f’għeluq sninu nhar it-Tnejn 6 ta’ Jannar.