Ivan Camilleri b’libell ieħor kontra Saviour Balzan

Read in English.

L-eks ġurnalist Ivan Camilleri fetaħ libel ieħor kontra d-direttur tal-Media Today, Saviour Balza, talli ppubblika artiklu li jgħid li hu ta’ informazzjoni lil Yorgen Fenech li qed jiġi suspettat bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Camilleri diġà fetaħ libell ieħor kontra Balzan fi Frar dwar artiklu miktub minn Balzan u ppubblikat f’Diċembru li għadda bl-isem ta’ “Times sacks Ivan Camilleri after alleged tip-off to Yorgen Fenech mentioned in court”.

Fit-tieni libel tiegħu kontra Media Today, Camilleri rrefera għal artiklu ppubblikat f’Diċembru li għadda fuq www.illum.com.mt bit-titlu “Ivan Camilleri jitkeċċa mit-Times wara li allegatament għamel kuntatt ma’ Yorgen Fenech”.

L-artiklu kien ġie ppubblikat b’ritratt prominenti ta’ Camilleri u fih kien intqal li Camilleri kien issemma fil-Qorti b’konnessjoni mal-każ ta’ Fenech. Camilleri qal li hu kien sostna li l-allegazzjonijiet ma kinux veri. Hu qal li qatt ma ddiskuta xejn b’rabta mal-assassinju ma’ Fenech.

“L-artiklu jagħmel allegazzjonijiet skorretti u jimplika diskussjonijiet ma’ Fenech li qatt ma seħħew,” qal Camilleri.

L-eks ġurnalist talab lill-Qorti biex tiddikjara li l-artiklu kien defamatorju u libelluż.

Camilleri qal ukoll li hu kien diġà fetaħ libel separate li wassluh biex jitlef l-impjieg tiegħu. Il-ġimgħa li għaddiet fetaħ protest ġudizzjarju kontra Allied Newspapers u Times of Malta fejn qal li hu tkeċċa b’mod inġust. Hu qed jitlob kumpens għat-tkeċċija tiegħu f’Diċembru li għadda.

Allied Newspapers kienet ħarġet stqarrija tgħid li kienet se tiftaħ libel lil Camilleri talli f’dikjarazzjonijiet li għamel hu fil-konfront tagħha qal li l-ġurnali tagħha m’humiex veritieri u libellużi.