Filmat: Il-petizzjoni b’200 firma tal-Kunsilliera tal-PN ippreżentata lill-Partit

200 firma ġew ippreżentati f’petizzjoni lill-Partit Nazzjonalista biex fi żmien ġimgħa jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti mozzjoni li ssejjaħ għar-riżenja tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Il-firmatarji għamlu dan bil-premessa li l-Kap Nazzjonalista għandu jassumi responsabbiltà politika fid-dawl tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Mejju li għadda.

Aqra: Biżżejjed firem biex Delia jaffaċċja vot ta’ fiduċja

Il-petitzzjoni ġiet ippreżentata fl-4pm mill-membru tal-Eżekuttiv Ivan Bartolo, mill-eks President tal-Eżekuttiv Mark Anthony Sammut, mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Emma Portelli Bonnici, mill-Viċi President tal-Forum tal-Professjonisti Martin Musumeci u l-Kunsillier tal-Mellieħa Emvin Bartolo.

Ilbieraħ, Bartolo kiteb fit-Times of Malta li huwa kien l-ewwel wieħed li ffirma petizzjoni li ssejjaħ lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia biex jerfa’ responsabbiltà politika u jirriżenja.

Huwa qal li għamel dan għax il-PN ma jistax jibqa’ għaddej kif inhu bi status quo u l-affarijiet iridu jinbidlu għall-aħjar.

Filmati: Miguela Xuereb u Monique Agius