Ittra speċjali lill-Korp tal-Pulizija

Malta Police Force Community-and Media Relations Unit -Facebook

Read in English.

Ftit tal-jiem ilu, il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta rċieva ittra speċjali ħafna.

Thomas, li għandu ħames snin, kiteb li meta jikber, ikun jixtieq ikun pulizija u rringrazzja lill-uffiċjali tal-Pulizija għax-xogħol iebes tagħhom. Huwa qal li ilu d-dar għal tliet ġimgħat minħabba l-coronavirus u, meta jkun għadda kollox, għandu sewqa li jżur għassa tal-pulizija.

Fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom, il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta kitbu, “Grazzi Thomas bl-apprezzament tiegħek, għamiltilna l-ġurnata tagħna”.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn