Ittra b’bullet għas-sindku ta’ Ruma

Ittra ta’ theddida nqabdet fl-ajruport ta’ Fiumicino, indirizzata lis-sindku ta’ Ruma Ignazio Marino, li ilu jiġi kkontestat mill-partiti tal-minoranza kważi mill-bidu tal-inkarigu tiegħu, minħabba t-tmexxija tiegħu tal-kapitali Taljana.
L-ittra kellha nota miktuba bl-idejn u bullet intatt, iżda Marino qed jinsisti li jibqa’ għaddej bl-impenn tiegħu sa tliet snin oħra.
Saħaq li jrid ikompli jnaddaf mill-ħmieġ li kien fiha t-tmexxija tal-awtorità ta’ Ruma waqt li qal li mhu ħa jħalli lil ħadd joqtlu.