Ittellgħet l-ewwel edizzjoni ta’ A Night at the Palace

Ritratt: Jason Borg / DOI

Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Lulju, il-Prim Ministru u Dr Lydia Abela ospitaw l-ewwel edizzjoni ta’ A Night at the Palace fil-Girgenti.

Dan l-avveniment, li ttella’ bil-kollaborazzjoni sħiħa tal-Malta Philharmonic Orchestra, għall-ewwel darba wara l-pandemija, għaqqad il-ġeneri tal-opri u musicals taħt id-direzzjoni tas-surmast ta’ fama internazzjonali Wayne Marshall.

L-għan ta’ dan l-avveniment kien li jinġabru fondi għall-orgranizzazzjonijiet li jaħdmu b’mod volontarju fil-qasam tal-drittijiet tal-annimali. Il-Prim Ministru u Dr Lydia Abela, flimkien ma’ binthom Giorgia Mae, kellhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ mijiet ta’ familji li attendew għal dan il-proġett ġdid li se jibda jittella’ kull sena.

Ritratt: Jason Borg / DOI

Din l-informazzjoni twasslet mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.