“Ittajjar u ilgħab mal-anġli sbieħ bħalek Emily” – Vanessa

“Ittajjar u ilgħab ma l-anġli sbieħ bħalek Emily. Issa qegħda f’post fejn jixraqlek bla tbatija pupa tiegħi. Emily, għallimtna ngħixu u bis-saħħa tiegħek ersaqna iktar lejn Alla bit-talb u nsejna d-differenzi ta’ bejnietna u għaqqadtna,” hekk jibda l-messaġġ li Vanessa Gatt kitbet fuq Facebook fejn ħabbret il-mewt taċ-ċkejkna Emily li ftit tal-ġranet ilu ittieħdet Londra biex issirilha operazzjoni minħabba kanċer.

L-omm, li f’għeluq sninha ġabret is-somma sabiħa ta’ €4,000 biex tgħin lil Puttinu kompliet bil-messaġġ tagħha fejn irringrazzjat lil kulħadd għat-talb kollu.

“Nassigurakom li bih kellna s-saħħa u l-kuraġġ inkomplu għaddejjin,” kitbet hi waqt li ħeġġet lill-ġenituri biex japprezzaw lil uliedhom u l-affarijiet iż-żgħar fil-ħajja.

Strieħ fis-sliem Emily.