ITS: Jinbidlu r-rekwiżiti tal-età

Jekk tkun għalaqt is-16 sal-31 ta’ Diċembru tas-sena skolastika li qed tapplika għaliha, issa se titħalla tidħol l-ITS f’kors tal-livell ta’ ċertifikat (MQF Level 3).

Skont stqarrija mingħand l-ITS,  biex applikant jidħol f’kors tal-livell ta’ ċertifikat, qabel ried jagħlaq is-16-il sena sat-30 ta’ Settembru tas-sena li kien qed japplika biex jidħol. Issa nbidlet li irid jagħlaq is-16-il sena sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li qed japplika biex jidħol.

Din dieħla fl-effett mis-sena skolastika li ġejja, jiġifieri 2019-2020. L-ITS joffri korsijiet tal-livell ta’ ċertifikat fi Preparazzjoni t’Ikel u Servizz, Kmamar, Vjaġġar u Turiżmu, u Avvenimenti. L-ITS joffri l-opportunità biex tkompli tistudja sal-livell ta’ Master’s.

L-applikazzjonijiet jinsabu onlajn f’dan is-sit.