iTravel…l-app li tgħinek tivvjaġġa

MAPFRE Middlesea għadha kif nediet applikazzjoni diġitali ġdida bl-isem ta’ iTravel, li se tassisti lill-klijenti meta jkunu qed jivvjaġġjaw, anke f’każ ta’ emerġenza.
L-app ser turi l-prezzijiet u deskrizzjoni tal-prodotti kollha u tħalli lill-klijent iħallas għal polza tal-assigurazzjoni tal-ivjaġġjar permezz tal-mowbajl. 
Il-klijenti jistgħu jiftħu claim permezz tal-policy number u informazzjoni sempliċi oħra. 
L-idea hi li l-informazzjoni essenzjali tasal għand il-kumpanija kemm jista' jkun malajr.
Waħda mill-features tal-applikazzjoni tagħti informazzjoni lill-klijenti dwar l-eqreb sptarijiet u kliniċi, skont il-pajjiż u l-post speċifiku li qiegħed fih il-persuna. 
L-applikazzjoni tħalli wkoll lill-klijent jikkomunika mal-contact centre ta’ MAPFRE Middlesea,  li jibqa' miftuħ, permezz ta’ telefonata jew SMS. 
Wieħed jista’ wkoll jagħmel talba li ċċempillu l-kumpanija stess.
L-applikazzjoni hija kompattibli fuq kwalunke device u tista’ titniżżel b’xejn mill-App Store jew Google Play.
Aktar informazzjoni tinstab fuq is-sit elettroniku www.middlesea.com