“Itolbu għalija” – il-Papa lill-20 abbati Malti

Il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ grupp ta’ abbatini Maltin u Għawdxin li bħalissa qiegħdin iservu fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.

Il-grupp huwa magħmul minn 14-il abbati mid-djoċesi Maltija u 6 mid-djoċesi ta’ Għawdex. Huma jinsabu l-Italja flimkien ma’ Dun Frans Bonnici, Dun Mark Ellul u Joseph Bajada li huwa seminarista Għawdxi.

Il-Papa staqsa dwar l-Isqfijiet Maltin, u ħa pjaċir jisma’ kif ilbieraħ flagħxija Mons. Scicluna, Mons. Mario Grech u Mons. Pawl Cremona ordnaw lill-Isqof Awziljarju l-ġdid ta’ Malta, Mons. Joe Galea Curmi.

Il-Papa Franġisku mbagħad talab lill-abbatini biex jitolbu għalih, u ta kuruna tar-Rużarju lil kull wieħed minnhom. Il-laqgħa ntemmet bit-talb tas-Sliema u l-Qaddisa, u l-Papa tahom il-barka tiegħu.